Qed ikollna hafna mistoqsijiet dwar il-bejgh tas-sigar tal-Bidni jew sigar ohrajn taz-zebbug meqjusa bhala sigar indigeni li tfisser sigar li ghandhom rabta mat-territorju ta’ Malta.
Importanti li wiehed jifhem li dawn is-sigar ma jistghux jigu impurtati bhal sigar ohrajn. Irid ikun hemm xi hadd li jlaqqam is-sigar. U dan hadd ma’ qed jaghmlu.
Permezz ta’ dan il-progett – Genetic Resources Project – il-Koperattiva se tkun qed tixtri madwar 1,200 root stock li se jingiebu Malta u se jkunu fil-mixtla tal-Gvern. Hemmhekk se jinghataw il-kura mehtiega u jsir studju dwarhom ukoll. Lejn Marzu/April 2025, dawn se jigu mlaqma minn sigar antiki hekk maghrufa bhala tal-BIDNI.
Huwa mistenni li f’Jannar 2026 dawn is-sigar kollha se jinghataw b’xejn lill-membri tal-Koperattiva wara li ssir sejha pubblika u jigu registrati l-applikazzjonijiet kollha. Dawn is-sigar se jitqassmu taht kundizzjonijiet li jridu jigu mharsa kolha ghaliex dan huwa progett tal-Unjoni Ewropeja u jkun hemm kontrolli stretti hafna fejn u kif ikunu intuzaw is-sigar li jinghataw mill-Koperattiva.
Min ikun interessat li jsir membru fil-Koperattiva huwa gentilment mitlub li jibghat email fuq [email protected].